Dwar (About): Il-parroċċa kollha kelma waħda fuq Kunċett u Marinton, l-iżjed par nisa aħwa popolari li
rat Malta fl-aħħar mitt sena.
Is-suspett qiegħed fuq Marinton, però Kunċett, hi x’inhi, oħtha tibqa’. L-investigazzjoni
qiegħda tikber kull ma jmur, u sa l-ispettur Ġinu Grima Galanti spiċċa niżel mill-belt
sabiex jara li dil-biċċa tissolva bla telf taż-żmien.
Minn tfal orfni jiġru bil-ġuħ fit-trab tat-trejqiet biswit il-knisja, sa żerbinotti lesti biex jisirqu
lil min isibu, u diskorsi sindikajri waqt serati sajfin fuq l-għotiebi ta’ barra, sat-teatrini tal-
parroċċa tant mistennija mill-folol.
Mill-Ħuġġieġa ta’ San Ġwann taħt sema kwiekeb sa quddiesa misterjuża qabel sbieħ il-
jum li qatt ma seħħet, inkwatri titulari ta’ ħames mitt sena storja, sa ittri anonimi u l-pitturi
tal-parruċċani fil-kaxxa taz-Ziju Fidiel.
Kunċett u Marinton raw ħafna fi żmienhom, però issa wisq.
Akkużati, imminaċċjati, potenzjalment diżonorati? Le, wisq!
Mill-belt forsi mhumiex u skola forsi m’għandhomx, pero soluzzjoni jsibu għal kollox.